Raġel arrestat wara li aggredixxa mara fil-Ħamrun

Google

Raġel ġie arrestat fil-Ħamrun wara li allegatament aggredixxa mara anzjana ta’ 69 sena.

Il-każ seħħ fi Triq il-Kbira fil-Ħamrun għall-ħabta tal-11.30am.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li r-raġel huwa mis-Sudan u għandu 27 sena.

Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura. Sa issa għadu mhux magħruf il-motiv wara dan l-argument.