Aġġornata: Raġel ma jingħatax il-ħelsien wara li kien akkużat b’pussess u traffikar ta’ droga

Aġġornata: Ir-raġel ta’ 41 sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati bi traffikar u pussess ta’ droga eroina u kokaina. Huwa qiegħed jinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Aktar kmieni:

Raġel ta’ 41 sena ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta ma pussess u traffikar tad-droga. Ir-raġel li huwa residenti Tal Pietà, ġie arrestat waqt raid tal-pulizija, meta kien jinsab f’vettura fl-inħawi tal-Isptar Mater Dei.

Ir-raġel li kien qed jiġi nvestigat mill-Pulizija dwar traffikar ta’ droga instab li kien fil-pussess ta’ ammont ta’ droga kokajina lesti f’pakketti sabiex jiġu traffikati.

Huwa ġie arrestat mill-Pulizija sabiex jgħin fl-investigazzjonijiet. Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjien.