Raġel arrestat talli biegħ sigaretti bla dazju

Police armed

Raġel ġie arrestat wara li nqabad ibiegħ sigaretti bla dazju.

Fi stqarrija, id-Dipartiment tad-Dwana qal li uffiċjali tagħha qabdu lir-raġel fil-Belt Valletta dalgħodu.

Ir-raġel, li huwa mil-Libja, kellu madwar 1,400 sigarett fil-pussess tiegħu.

Il-Pulizija ssejħet fuq il-post peress li r-raġel ma kienx qed jikkoopera mal-uffiċjali tad-dwana. Huwa ġie arrestat.