Raġel arrestat minħabba nar li tqabbad f’Għawdex

info@newsbook.com.mt

Read in English.

Raġel ta’ 39 sena ġie arrestat b’rabta ma’ nar li allegatament qabbad f’garaxx fir-Rabat Għawdex.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li llum ressqet b’arrest fil-Qorti ta’ Għawdex raġel ta’ 39 sena residenti r-Rabat, Għawdex. Tressaq quddiem il-Maġistrat Bridget Sultana.

Ir-raġel qed jiġi akkużat li s-Sibt li għadda kkawża “ħsara u nar f’proprjetà fi Triq Patri Anton Debono”. Allegatament ikkawża wkoll “biża’ fuq persuna.”

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Hu ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.