Raġel arrestat minħabba n-nirien fil-Katidral ta’ Nantes

REUTERS/Stephane Mahe

Read in English.

Persuna ġie arrestat minħabba n-nirien li ħakmu l-Katidral ta’ Nantes fi Franza lbieraħ.

Stazzjon televiżiv Franċiż ħabbar li l-Pulizija rnexxielha tasal għal dan il-persuna minħabba li jaħdem fuq bażi volontarja fil-Katidral ta’ San Pietru u San Pawl f’Nantes. Dan il-każ li qed jiġi trattat bħala att vandalu fuq il-bini ta’ prestiġju.

Ir-raġel li ismu mhux qed jixxandar iżda huwa magħruf li huwa refuġjat minn Rwanda, kien inkarigat li jsakkar il-Katidral il-Ġimgħa, jum qabel il-ħġieġ tat-twieqi u l-orgni saru ħuġġieġa nar.

Madankollu, l-prosekuturi għadhom għaddejjin b’aktar investigazzjonijiet dwar il-każ.