Raġel arrestat iweġġa’ fil-Lock-up tal-Pulizija

Credit: CMRU

Raġel ta’ 54 sena li kien arrestat fil-Lock-up tal-Pulizija weġġa’ fiċ-ċella tiegħu u kellu jittieħed l-isptar.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għan-11.45 am. Intqal li r-raġel, li huwa Tork, kien qed jinżamm arrestat fil-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Skont il-Pulizija, ir-raġel weġġa’ irkopptu wara li “żelaq fuq xi ilma li kien waqqa’ huwa stess wara li kien uża s-sink tal-istess ċella.