Raġel arrestat għas-serqa f’Ta’ Xbiex

Raġel ġie arrestat b’rabta ma’ waħda mis-serqiet li saru lbieraħ f’Ta’ Xbiex.

Il-Pulizija qalet li arrestat raġel b’rabta mal-każ. Ilbieraħ filgħodu ġraw żewġ serqiet f’temp ta’ ftit minuti fi Triq Abate Rigord.

L-ewwel serqa saret f’ħanut meta raġel mgħammad u armat b’arma bil-ponta u li taqta’ talab lill-kaxxiera għall-flus. Huwa ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.

Fis-serqa l-oħra, żewġt irġiel mgħammdin marru fuq mara u ppruvaw jisirqulha l-basket. Il-Pulizija qalet li l-vittma bdiet tgħajjat għall-għajnuna hekk kif wieħed mill-aggressuri beda jtiha f’wiċċha. F’dan il-każ ma nsteraq xejn.