Raġel arrestat fuq ħruq ta’ vann

Puliziija
Miguela Xuereb

Raġel ta’ 62 sena ġie arrestat minn pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri b’rabta mal-ħruq ta’ vann li seħħ fl-1 ta’ Novembru f’Ħaż-Żebbuġ.

Dakinhar, għal xi s-sagħtejn u nofs ta’ filgħodu, il-pulizija ġew mgħarrfa b’vann li kien qed jaqbad fi Triq it-Troll. In-nirien ġew ikkontrollati minn membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea ħatret inkjesta u l-investigazzjonijiet tal-pulizija baqgħu għaddejjin, sakemm waslu biex jiġi identifikat is-suspettat, li hu residenti Birkirkara.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti illum.