Raġel arrestat fuq allegat xiri ta’ splussiv

Read in English.

Raġel ta’ 34 sena ġie arrestat b’rabta ma’ xiri ta’ splussiv, skont il-Pulizija.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-arrest sar wara ġranet ta’ sorveljanza mit-taqsima ta’ kontra t-terroriżmu. Intqal li l-investigazzjoni kienet waħda twila b’rabta ma’ materjal biex jintuża fi splussiv.

“Operazzjoni kbira”

Skont il-Pulizija, saret ħidma lbieraħ f’Ħaż-Żebbuġ. Raġel ta’ 34 sena ġie arrestat.

“Diversi oġġetti elettroniċi kienu wkoll sekwestrati waqt it-tfittxijiet li saru fi proprjetà f’Ħaż-Żebbuġ u kif ukoll minn diversi vetturi,” qalet il-Pulizija.

Infetħet inkjesta maġisterjali dwar il-każ.

Ir-raġel mistenni jitressaq taħt arrest quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras għan-12.30pm.

F’Jannar il-Ministru Michael Farrugia qal li ż-żewġ każi ta’ karozza bomba fl-aħħar sentejn ġew konklużi, bl-arrest ta’ dawk allegatament involuti, każ minnhom b’kooperazzjoni mill-viċin mal-Europol.