Raġel arrestat fil-pjazza ta’ Buġibba b’rabta mad-droga

Żewġt irġiel ta' 29 sena u 28 sena mill-Gambja ġew arrestati b’rabta mad-droga.
Ir-raġel ta’ 29 sena ġie arrestat wara li nstabulu 15-il borża mimlija b’sustanza suspettata kannabis, flimkien ma’ miżien diġitali u ammont ta’ flus kontanti.
L-arrest sat fil-10:45pm fil-Pjazza ta’ Buġibba wara li l-Pulizija innotat lir-raġel jaġixxi b’mod suspetuż.
Il-Pulizija għamlet tfittxija f’daru f’San Pawl il-Baħar, fejn instabu aktar oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga.
Fid-dar kien hemm raġel ieħor ta’ 28 sena mill-Gambja u waqt li kienu qed ifittxulu sabulu borża b’sustanza suspettata kannabis.