Raġel arrestat f’Birkirkara fuq traffikar tad-droga

CMRU

Raġel ġie arrestat fuq allegat traffikar u abbuż tad-droga f’dar f’Birkirkara.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li wara jiem ta’ osservazzjoni, pulizija ta’ kontra d-drogi u dawk tal-RIU marru fir-residenza fejn sabu raġel ta’ 41 sena.

Fit-tfittxija li saret, instabet sustanza suspettata droga tal-ħaxixa lesta għat-traffikar. Instab ukoll miżien elettroniku u affarijiet oħra relatati mat-traffikar tad-droga.

Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.