Raġel arrestat f’Londra b’suspett ta’ terroriżmu

Raġel ta’ 20 sena li kien qed iġorr skieken viċin il-Parlament ġie arrestat b’suspett ta’ terroriżmu.
Huwa ġie arrestat fis-2.30pm. Nies fuq il-post qalu li raw żewġt iskieken mal-art, b’waħda minnhom kienet tal-ħobż.
Ħadd ma weġġa’ u r-raġel qed jinżamm fil-kustodja tal-pulizija f’Londra.