Raġel arrestat dwar serq f’San Ġiljan u Gwardamangia

Il-Pulizija arrestat raġel b’rabta ma’ serq f’San Ġiljan u fi Gwardamangia.

Fi stqarrija, il-pUlizija spjegat li arrestat Taljan fl-aħħar sigħat. Il-każijiet issolvew wara li l-Pulizija segwiet rapport li saru permezz tal-proċedura ġdida tar-rispons għas-servizzi mitluba mill-pubbliku. Dawn ir-rapporti saru online mingħajr il-bżonn li l-vittma jmur l-għassa.

Ir-raġel se jitressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia.

Il-Pulizija fakkret li rapporti għal reati li ma jinħtiġux l-assistenza immedjata tagħha għandhom isiru permezz tat-telephone fuq 2294000, online fuq is-sit https://pulizija.gov.mt/opres, fuq l-app 112mt, jew inkella permezz ta’ imejl fuq pulizija@govt.mt.

Dan qed isir bil-għan li l-pubbliku u l-Pulizija jibqgħu protetti mill-imxija tal-COVID-19, filwaqt li l-Korp tal-Pulizija jibqa’ impenjat li jkompli bl-operat normali u jagħti servizz lill-komunità, filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.