Raġel arrestat b’rabta mas-serqa f’Jum l-Ewwel tas-Sena

Read in English.

Raġel ta’ 38 sena ġie arrestat b’rabta ma’ serqa armata li seħħet f’restorant fil-Fgura aktar kmieni, f’jum l-Ewwel tas-Sena.

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti (Violent Crimes Unit) fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali wasslu biex ikun identifikat l-allegat ħalliel fis-serqa li seħħet. Ir-raġel hu minn Bormla.

Is-serqa kienet seħħet fl-1 ta’ Jannar meta raġel armat b’arma taqta’ u bil-ponta daħal f’restorant fil-Fgura fis-12.45am. Hu seraq flus mir-reġistru u ħarab minn fuq il-post.

Is-sid tar-restorant, raġel ta’ 68 sena mill-Fgura wkoll, ma kienx indarab kawża tal-inċident.