Raġel arrestat dwar 3 serqiet f’Ħ’Attard u l-Imrieħel

Pulizija
Miguela Xuereb

Raġel ta’ 36 sena ġie arrestat il-Ħamis b’rabta ma’ tliet serqiet minn stabbilimenti tal-ikel.

Wara investigazzjoni konġunta bejn il-pulizija ta’ Ħal Qormi u ta’ Birkirkara irriżulta li r-raġel, allegatament, wettaq dawn is-serqiet; fit-12 ta’ Diċembru fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard, fil-lejl ta’ bejn it-12 u t-13 ta’ Diċembru fi Triq l-Intornjatur, l-Imrieħel, u fit-28 ta’ Diċembru fi Triq is-Salib, l-Imrieħel.

Fit-tliet każijiet, il-pulizija sabu sgass u serq ta’ flus kontanti mill-cash-registers.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia.