Raġel armat jisraq restorant fil-Fgura

videoblocks

Read in English.

Raġel armat daħal jisraq minn restorant fil-Fgura matul il-lejl li għadda.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li qed tinvestiga serqa li seħħet fis-12.45am fi Vjal il-Kottonera. Il-Pulizija marru fuq il-post fejn sabu li raġel armat b’arma li taqta’ u bil-ponta daħal fl-istabbiliment u seraq ammont ta’ flus kontanti u cheque minn ġol-cash register.

Malli ħa l-flus u ċ-cheque, il-ħalliel ħarab minn fuq il-post. Waqt is-serqa kien hemm preżenti sid ir-restorant, raġel ta’ 68 sena resident l-Fgura stess. Ħadd ma ndarab kawża ta’ dan il-każ.