Raġel armat jispara fuq il-Pulizija ta’ Dallas

Il-Pulizija ta’ Dallas fl-Istati Uniti ġew attakkati minn raġel armat b’arma tan-nar li beda jispara fuqhom, madanakollu ħadd mill-uffiċċjali tal-pulizija ma’ wegga’.
Wara li spara, ir-raġel armat telaq minn fuq il-post f’van li kien ipparkjat fil-parkeġġ.
Malli kienu qed isuqu warajh, il-pulizija sparaw fuqu u issa qed jgħidu li s-suspettat jista’ jkun mejjet.
Aktar kmieni nstabu pakketti suspettużi quddiem il-kwartieri ġenerali tal-Pulizija li kienu jinkludu żewġ basktijiet bi splussivi.
Ir-raġuni wara dan l-attakk għadu mhux magħruf.