Raġel armat iwettaq serqa fiż-Żebbuġ

Raġel mgħammad u armat b’arma taqta’ u bil-ponta wettaq serqa minn stabbiliment fiż-Żebbuġ Għawdex.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ ilbieraħ fl-9.45pm fi Triq ir-Rabat. Jidher li r-raġel daħal ġo stabbiliment u talab għall-flus lill-kaxxier, li kien raġel ta’ 57 sena residenti ż-Żebbuġ stess. Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.