Raġel armat b’sikkina jwettaq hold-up f’Birkirkara

Read in English.

Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ hold-up li seħħ illejla f’Birkirkara. Fi stqarrija l-Pulizija qalu li raġel allegatament armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, daħal f’ħanut u talab il-flus lil kaxxier.

L-inċident seħħ f’ħanut fi Triq Mannarinu għall ħabta tas-6.45pm.

Jidher li l-ħalliel ħarab minn fuq il-post bil-flus li seraq mingħand il-kaxxier li hu żagħżugħ ta’ 20 sena residenti Ħ’Attard.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Astrid May Grima LL.D li ħatret Inkjesta.