Akkużat li ta fastidju u seraq mobile mingħand mara

Read in English.

Raġel ta’ 40 sena ġie akkużat fil-Qorti ta’ Għawdex li ta fastidju lil mara ta’ 22 sena u li kkaġunalha biża’ permezz ta’ theddid.

Ir-raġel, mir-Rabat Għawdex, kien akkużat ukoll ftit ġranet qabel dan il-każ, li seraq mobile minn ħanut fi Triq ir-Repubblika ir-Rabat Għawdex għad-dannu tal-istess mara kif ukoll li wettaq attentat fil-pudur tagħha.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet tal-Qorti.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Josef Gauci u Bernard Spiteri.