Raġel akkużat li stupra tifla ta’ tmien snin

Raġel ta’ 49 sena mill-Belt Valletta nżamm arrestat wara li ċaħad li stupra tifla ta’ tmien snin. Il-każ imur lura għall-2009.
Emanuel Schembri ċaħad ukoll l-akkuża li mmolestha, li pparteċipa f’atti sesswali magħha u li vvjolentha.
Il-Qorti semgħet kif l-akkużat kellu relazzjoni ma’ omm it-tifla. Allegatament l-istupru seħħ meta t-tifla kienet miegħu filwaqt li ommha kienet qed tipprostitwixxi ruħha.
Schembri għandu żewġ każijiet oħra pendenti li ukoll huma relatati ma’ każi ta’ abbużżi sesswali fuq minuri.