Raġel akkużat li seraq minn barriera u ieħor li kien xhud tas-serqa

Raġel ingħata sentenza sospiża u ieħor inżamm arrestat wara li tressqu l-Qorti b’akkużi li serqu minn barriera. 
Is-serq tal-oġġetti sar fil-lejl ta’ bejn nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa li għaddew minn barriera fis-Siġġiewi. 
Alan Azzopardi Wieħed mill-irġiel ġie akkużat b’serq waqt li l-ieħor, Carmelo Grogon, kien akkużat li kien xhud tas-serqa u żamm għandu oġġetti misruqa  ta’ kostruzzjoni. 
Dan tal-aħħar ammetta l-akkużi u ngħata sentenza ta’ tmien xhur ħabs sospiżi għal sentejn. 
Min-naħa l-oħra, Alan Azzopardi ġie ordnat li jinżamm arrestat kif ukoll li jibda jingħata l-għajnuna sabiex jegħleb il-problema tad-droga.