Raġel akkużat b’rabta mal-qtil ta’ Emily Caruana f’Vancouver

Raġel qed jiġi akkużat bi qtil vjolenti wara li nstabet mara mejta f’dar fi Brentwood Bay f’Vancouver kmieni filgħodu.

Alan Charles Chapman qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Emily Caruana wara li l-Pulizija ġew imsejjħa d-dar għan-12.30am. Hemmhekk, sabu lil Emily mejta, flimkien ma’ żewġ persuni bi ġrieħi serji. Dawn il-persuni ttieħdu l-isptar.

Il-kawża tal-mewt t’Emily ma ġietx ippubblikata. Għalkemm il-Pulizija ma żvelawx wisq informazzjoni dwar il-vittmi, sostnew li l-attakk ma kienx bla pjan.