​Raġel akkużat bit-traffikar ta’ persuni

Raġel miż-Żejtun ġie akkużat bit-traffikar ta‘ persuni wara li allegatament kien iġib persuni mill-Eġittu lejn Malta u jigdeb dwarhom mal-awtoritajiet.
Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Immigrazzjoni spjegaw kif ir-raġel kien qal lill-awtoritajiet li l-Eġizzjani kienu sajjieda li kienu jorqdu fuq vapur.
Fil-Qorti nstema’ kif ir-raġel kien iwiegħed xogħol lil nies fl-Eġittu u dawn kienu jiġu Malta biex jaħdmu b’mod illegali.
Il-Pulizija spjegat kif wara l-investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l-verżjoni tal-istorja tar-raġel miż-Żejtun kienet gidba.
L-Eġizzjani stess ammettew fil-Qorti aktar kmieni llum li kienu qed jiġu impjegati b’mod illegali bħala ħaddiema tat-tqegħid tal-madum.
Ir-raġel li ġie arrestat wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi. Dan ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
Ritratt: Arkivji