Raġel akkużat bi vjolenza jerġa’ jsib ruħu arrestat

Raġel akkużat bi vjolenza domestika u stupru, reġa’ sab ruħu arrestat wara li ngħata l-ħelsien mill-arrest. Dan wara li l-Avukat Ġenerali ressaq rikors lill-Qorti tal-Appell.
L-Avukat Ġenerali qal li r-raġel ta’ 32 sena mill-Ħamrun, kellu diverżi każijiet simili u għalhekk hija riskjuża li jingħata l-ħelsien.
Il-Qorti tal-Maġistrati kienet tatu l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €5,000, €1,000 depożitu u l-ordni li ma jersaqx lejn l-eks sieħba tiegħu.
Mandakollu l-Qorti tal-Appell innotat li l-akkużat ammetta li jaf fejn qed tgħix l-eks sieħba tiegħu.
Hija qalet ukoll li peress li l-vittma u x-xhieda prinċipali kienu għadhom ma tawx ix-xhieda tagħhom l-akkużat għandu jinżamm taħt arrest.