Raġel akkużat bi stupru; jingħata l-ħelsien mill-arrest

Read in English.

Raġel ta’ 42 sena ġie arrestat u tressaq il-Qorti akkużat bi stupru fuq mara u li kkaġunalha ġrieħi ħfief. Dan il-każ seħħ fil-11 ta’ April li għadda għall-ħabta tat-3.30pm f’Ħal Qormi.

Ir-raġel li huwa minn Ħal Qormi stess kien akkużat ukoll li rrenda ruħu reċediv. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia tah il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €7,000, kif ukoll taħt diversi kundizzjonijiet.

Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni lill-vittma. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion mid-Distrett ta’ Ħal Qormi.