Raġel aggredit minn ħames persuni f’Marsaskala

Joseph Giordimaina

It-Tlieta filgħaxija raġel ġie aggredit minn ħames persuni b’ħadida u sikkina fi Triq San Tumas, Wied il-Għajn. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10pm.

Kelliem għal-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-vittma, Serb ta’ 31 sena li jgħix Marsaxlokk, qed ibati minn ġrieħi ħfief, u qiegħed jirċievi l-kura l-isptar.

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għall-ħames aggressuri filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.