Raġel ineħħi ħajtu fil-ħabs; l-10 mewt

Read in English.

Priġunier miet fl-Isptar Mater Dei ftit wara li nstab fiċ-ċella tiegħu fejn kien għamel attentat ta’ suwiċidju. Din hija l-10 mewta fil-ħabs f’dawn l-aħħar sentejn u nofs. Il-Gvern fi stqarrija qal li r-raġel miet minkejja li uffiċjal tal-ħabs prova jagħtih l-ewwel għajnuna.

Ir-raġel, Malti ta’ 57 sena, kien mistenni jiġi estradit għada lejn l-Istati Uniti minn fejn kien ilu maħrub għal dawn l-aħħar 33 sena. Huwa kien imfittex għal reati relatati ma’ attivitajiet sesswali ma’ minorenni li allegatament twettqu fl-Istati Uniti.

L-avukat tal-vittma kkonferma dan ma’ Newsbook.com.mt. Arthur Azzopardi qal li totalment ma kienx qed jistenna din l-aħbar hekk kif sal-bieraħ stess kien fuq it-telefown mal-klijent tiegħu jiddiskutu l-każ flimkien ma’ avukati oħra. Stqarr li l-klijent tiegħu nstema’ kalm għal kollox ċar u kien qed jikkopera magħhom waqt li jiddiskuti l-każ. Sostna li ma ra “xejn ħażin jew stramb, anzi moħħ ċar ħafna”.

Fuq Facebook, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li r-raġel kellu 57 sena. Azzopardi, li huwa l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja qal li l-ħabs m’għandux ikun kamra mortwarja.

Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet lill-Ministeru għall-Intern li rrefera għall-istqarrija maħruġa mill-Agenzija tas-Servizzi Korretivi li din il-kamra tal-aħbarijiet ma kinitx irċeviet:

L-identità tal-vittma ġiet ippubblikata fuq il-blogg ta’ Manuel Delia, bil-ġurnalist jgħid li nstab mgħallaq b’ingravata.

Il-Professur Andrew Azzopardi qal li din hija l-10 vittma fl-aħħar snin.

Another prisoner commits suicide at the Corradino Services Agency (Prison)…10 deaths and counting in these last years.

Posted by Andrew Azzopardi on Monday, September 7, 2020

Jumejn ilu, il-Professur Azzopardi qal li dwar dawn l-imwiet il-pubbliku għadu mhux infurmat kif seħħew u jekk setgħux jiġu evitati. Stqarr li l-pubbliku jixraqlu li tingħatalu din l-informazzjoni hekk kif l-imwiet qed iseħħu f’istituzzjoni tal-Istat.

Newsbook.com.mt żvela kif tul ix-xahar ta’ Awwissu, fil-ħabs kien hemm żewġ attentati ta’ suwiċidju. Minn informazzjoni li għandu dan is-sit, jidher li dawn iż-żewġ priġunieri kienu qed jinżammu f’Diviżjoni 6, diviżjoni li tissejjaħ “id-diviżjoni tal-kastig”, hekk kif riċentament qed jintbagħtu fiha priġunieri li allegatament f’għajnejn id-direttur tal-ħabs għandhom jiġu kkastigati iktar.

Xi żvela Newsbook.com.mt?
2 attentati ta’ suwiċidju fil-ħabs