Rafael Benitez: It-Taljani għandhom problema – il-grawnds dejjem vojta!

Dan l-aħħar Rafael Benitez, kowċ ta' AS Napoli, irrimarka li l-grawnds fl-Italja jkunu dejjem vojta.

Minbarra x-xandiriet diretti tal-loghbiet, in-nuqqas ta' livell fil-futbol Taljan u l-kriżi ekonomika, hemm telqa fl-infrastruttura tal-grawnds fl-Italja.  Kien għalhekk li l-UEFA ma riditx li l-kampjonati Ewropej tal-2012 u tal-2016 ma jsirux f'dan il-pajjiż. Mill-1990 sal-2011 fl-Italja nfetħu tmien grawnds ġodda. 

L-aħħar tlieta kienu Stadio Giglio fir-Reggio Emiglia fl-1995, Stadio San Filippo f'Messina fl-2004 u l-Juventus Stadium f'Settembru 2011. 

Fil-Ġermanja, mill-1990 'l hawn infetħu 12-il grawnd ġdid b'erbgħa minnhom fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2006.  F'dawn l-aħħar għaxar snin fi Spanja nfetħu għaxar grawnds ġodda.

L-attendenza fil-grawnds fl-Italja tul il-kampjonat kollu tkun madwar 9,483,660. 

Fil-Ġermanja tlaħħaq it-12,790,000 waqt li fl-Ingilterra ġieli titla' 13,527,703.  F'Malta wkoll l-attendenzi jkunu baxxi. 

Fl-istadium nazzjonali ta' Ta' Qali għaż-żewġ logħbiet li ntlagħbu nhar is-Sibt 21 ta' Settembru, kien hemm attendenza ta' madwar 300 ruħ.