Rachel għaliex hija rrabjata għall-Madre?

Fl-episodju tal-lum l-Erbgħa mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa se niskopro għaliex Rachel tinsab irrabjata għall-Madre. Min kien mar jaraha l-ħabs u x’kien qalilha? Rachel x’riedet tagħmel u l-Minċott għaliex waqqafha?

Max imur ifittex lil Valentina u jiltaqa’ ma’ Brenda. X’se tgħidlu u se jemminha? Silvia ċċempel lil Max.

X’ordni se ttih?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Ir-repetizzjoni tixxandar l-għada fl-10.15am.

Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

L-aħħar puntata ta’ din is-sensiela se tixxandar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu.