Rachel Galea maħtura President tal-GUG

Rachel Galea President GUG

Rachel Galea inħatret bħala l-President il-ġdid tal-Grupp Universitarji Għawdxin. L-Eżekuttiv il-ġdid tal-GUG ġie kkonfermat waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Grupp li saret fil-Kampus ta’ Għawdex tal-Università ta’ Malta fix-Xewkija.

Skont stqarrija ppubblikata mill-GUG, Galea, li okkupat l-irwol ta’ President fl-aħħar xhur, tkellmet dwar il-ħidma f’tim u dwar l-importanza tad-determinazzjoni fix-xogħol li jagħmlu.

L-istqarrija tgħid ukoll li l-istatut tal-GUG ġie emendat b’vot unanimu biex il-Laqgħa Ġenerali Annwali tkun tista’ ssir bejn nofs Lulju u nofs Awwissu u l-Laqgħa Ġenerali Straordinarja ssir fi Frar flok f’Diċembru. L-istatut issa rrikonoxxa wkoll il-logo il-ġdid tal-għaqda li tħejja s-sena l-oħra mill-artist Mario Abela fl-okkażjoni tat-30 sena anniversarju minn meta ġiet iffurmata l-GUG.

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali saret is-Sibt li għadda u ġew ikkonfermati dawn l-istudenti fil-karigi tagħhom:

  • Renée Formosa bħala Viċi President
  • Nicole Debrincat bħala Segretarja Eżekuttiva,
  • Elaine Haber as Segretarja għall-Informazzjoni,
  • Christoph Caruana bħala l-Uffiċjal għall-Attivitajiet,
  • Sean Grech bħala l-Uffiċjal għall-Edukazzjoni,
  • Samuel Buttigieg bħala l-PRO,
  • Corrine Zahra bħala l-Uffiċjal għall-Politika Soċjali,
  • Charlene Scerri bħala l-Uffiċjal għall-Midja Soċjali,
  • Maria Azzopardi bħala l-Uffiċjal għall-Affarijiet Finanzjarji,
  • Chris Mercieca bħala l-Uffiċjal għall-Marketing
  • Mark Farrugia bħala l-Uffiċjal Internazzjonali.

Il-Bord tal-Viġilanza għal din is-sena se jkun iffurmat minn Malcolm Dimech, Joseph Mifsud u Jessica Said li kienu parti mill-Eżekuttiv tas-sena li għaddiet.

L-għaqda studenteska kienet ġiet rikonoxxuta mis-Senat tal-Università ta’ Malta fl-1987.