Rabja wara li jinħeles għalliem li kellu x’jaqsam ma’ studenta

Attivisti favur il-protezzjoni tat-tfal jinsabu rrabbjati wara li imħallef illiberat għalliem li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ studenta ta’ 16-il sena. 
L-imħallef qalet li l-għalliem, Stuart Kerner ta’ 44 sena, m’għandux jingħata sentenza ta’ priġunerija għax kienet l-istudenta li stidnitu għall-att sesswali u qalet li l-għalliem hu biss “vittma”. Il-każ seħħ f’Bexleyheath Academy f’Londra.
Il-Qorti semgħet kif Stuart Kerner kellu x’jaqsam mal-istudenta fi klassi vojta meta hi support kienet qiegħda waqt lezzjoni. Jidher li wara anke biddel ir-rassenja biex jaħbi li hi ma kinitx fil-klassi.
Barra minn hekk, meta darba ma kellux xogħol u martu ma kinitx id-dar, filgħodu mar jiġbor lill-istudenta mid-dar tagħha u ħadha għandu, kellhom sess tliet darbiet fid-dar tiegħu, u ħadha lura d-dar tagħha għall-ħabta tat-3.30 ta’ waranofsinhar. Dan seħħ fl-istess ġimgħa li mart Kerner korriet bil-wild tagħhom.
L-attivisti favur il-protezzjoni tat-tfal akkużaw lill-imħallef Joanna Greenberg QC li qed titfa’ t-tort fuq il-vittma, meta l-għalliema għandhom obbligu legali u responsabbiltà professjonali biex ma jaċċetaw ebda stedina għal atti sesswali mingħand l-istudenti.