Rabja wara “ċajta” minn politiku Filippin dwar stupru

Filmat li juri kandidat għall-elezzjoni presidenzjali jiċċajta dwar vittma ta’ stupru li spiċċat anke nqatlet ħoloq ħafna rabja.
Il-filmat juri lil Filippin Rodrigo Duterte jiċċajta dwar dan il-każ li seħħ fl-1989, meta hu kien sindku tal-post fejn seħħ l-istupru u l-qtil.
Hu qal li l-mara tant kienet sabiħa li “Is-sindku missu kien l-ewwel”.
Kritiċi qed jgħidu li Duterte mhuwiex f’pożizzjoni li jikkontesta l-elezzjoni għall-uffiċju tal-president.
Minkejja dan, dawn li jappoġjawh qalu li dak li qal Duterte kien biss ċajta.
Il-kandidat hu magħruf għal diskors ireverenti u spiss iħobb jiftaħar b’konkwista sesswali.
Poll riċenti turi li hu qiegħed quddiem il-kandidati l-oħra għall-elezzjoni li se ssir fid-9 ta’ Mejju.