Rabja mis-sajjieda Taljani li nqabdu jistadu fl-ibħra Maltin

Is-sajjieda Taljani li llum irritornaw l-Italja wara li nhar il-Ħamis inqabdu mill-Forzi Armati ta’ Malta jistadu fl-ibħra territorjali Maltin, jinsabu rrabbjati ferm fost l-oħrajn minħabba li tteħdulhom il-ħut li qabdu.

Waqt il-programm ‘Estate in diretta’ li jixxandar fuq Rai Uno, illejla sar kollegament ma’ dawn is-sajjieda.

Salvatore Saporito u Salvatore Penna ħarġu r-rabja tagħhom u sostnew li ma kinux fl-ibħra territorjali Maltin u li ma kienx ġust li ħadulhom il-ħut.

Huma ġew immultati €20,000 kull wieħed.