Rabja lejn l-operatur tal-pont ta’ Ġenova, tkompli t-tfittxija għan-nies

REUTERS/Stefano Rellandini

L-uffiċjali tas-salvataġġ bdew it-tfittxija għal dawk mitlufa fost torrijiet ta’ ċangaturi tal-fdal tal-konkrit f’Ġenova llum wara li ċeda l-pont lbieraħ. 39 persuna nstabet mejta u l-Gvern irreaġixxa b’mod qalil kontra l-operatur tal-pont.

Il-pont ta’ 50 sena, parti minn awtostrada, li tgħaqqad il-belt tal-port ta’ Ġenova ma’ Franza, waqa’ matul xita qawwija nhar it-Tlieta, u bagħat għexieren ta’ vetturi jiġġarrfu fuq xmara, ferrovija u żewġ imħażen.

Ivan, ta’ 39 sena, evakwat nhar it-Tlieta mill-bini fil-qrib fejn jaħdem, iddeskriva l-kollass bħala inkredibbli.

Hekk kif il-krejnijiet ċaqalqu biċċiet daqs trakk ta’ konkrit imkisser, mijiet ta pompieri fittxew għal nies ħajjin, filwaqt li x-xokk tan-nies irriżulta f’rabja lejn l-istat tal-pont ta 1.2 km, li tlesta fl-1967 u ġie restawrat sentejn ilu.

Il-Ministru tat-Trasport Taljan Danilo Toninelli, li żar ix-xena ta’ diżastru, qal li l-operatur tal-pont Autostrade per l’Italia se jikkontribwixxi għall-ispiża tar-rikostruzzjoni tiegħu kif ukoll iħallas multi kbar.

Iżda Autostrade, unità tal-grupp Atlantia f’Milan, qalet li għamlet kontrolli regolari u sofistikati fuq l-istruttura qabel id-diżastru, billi bbażat ruħha fuq “kumpaniji u istituzzjonijiet li huma mexxejja dinjija fl-ittestjar u l-ispezzjonijiet” u li dawn taw riżultati assiguranti.

Sors qrib il-kwistjoni qal li Autostrade per l’Italia ser jorganizza laqgħa straordinarja tal-bord il-ġimgħa d-dieħla.

Aqra iktar hawn.