Rabja fl-Italja wara li kap ta’ skola ħassar il-Kunċert tal-Milied

Ħafna fl-Italja urew ir-rabja tagħhom għal deċiżjoni ta’ kap ta’ skola qrib Milan, li jikkanċella l-attivitajiet tal-Milied, jipposponihom għal Jannar u jissejħu “kunċert tax-xitwa”.
Skont il-kap, dan biex l-attivitajiet, inkluż il-kant, ma jkunux “provokattivi”.
Il-Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi, ingħaqad ma’ diversi ġenituri, Insara u Musulmani, li ma qablux mad-deċiżjoni tal-kap tal-iskola.
Xi wħud saħansitra saħqu li għandu jitneħħa mill-kariga.