Rabja fi Franza u fir-Renju Unit wara kummenti ta’ Trump dwar l-armi tan-nar

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ħoloq rabja fi Franza u r-Renju Unit meta ssuġġerixxa li aktar liġijiet laxki dwar l-armi tan-nar setgħu jipprevjenu l-attakki li saru f’Pariġi fl-2015 u meta qal li hemm rabta bejn il-ġlied bi skieken u projbizzjoni fuq l-armi tan-nar f’Londra.
Waqt diskors li għamel waqt attività tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tar-Rifles (NRA) nhar il-Ġimgħa, Trump qal li l-istorja f’Pariġi kienet tkun waħda totalment differenti li kieku ċ-ċittadini kienu armati.
Il-Gvern Franċiż ikkritika bl-aħrax lil Trump u wieħed mill-Ministri talab lil Trump biex jagħmel apoloġija.
Tobba f’Londra qalu li Trump ma kienx qed jifhem id-dettalji tas-sitwazzjoni meta qabbel il-kriminalità bl-iskieken man-nuqqas ta’ armi tan-nar.