Rabbiet 600 tifel u tifla f’50 sena

Mhux faċli li trabbi tfal li ma jkunux tiegħek. Madanakollu huma bosta li jagħmluha ta’ foster parents għal ħafna tfal. Fl-Istati Uniti huwa kkalkulat li madwar 700,000 tifel u tifla kienu qed jiġu fostered. Fl-istess waqt hemm eluf ta’ tfal oħra jistennew li tmisshom ix-xorti li jsibu wkoll l-imħabba ta’ persuni li jieħdu ħsiebhom. Iċ-ċifra ta’ tfal li qed jistennew li jkunu fostered madwar id-dinja huwa ferm akbar mis-70,000 fl-Istati Uniti.

Bosta huma l-fatturi li jħollu u jorbtu madwar il-fostering, hekk kif uħud minnhom jsita’ jkollhom xi kundizzjoni partikolari jew inkella xi xorti oħra ta’ trawma li tagħmilhom diffiċċli li trabbigom.

Iżda għal Linda Herring, li llum tgħodd 75 sena, it-tfal, huma kif inkuma, qatt ma kienu problema. Il-mara li tgħix f’Johnson County fl-Istati Uniti, iddedikat 50 sena biex tagħmel il-fostering, u tul is-snin għamlitha ta’ “omm” għal madwar 600 tifel u tifla.

Herring ma’ wħud mit-tfal li rabbiet, b’uħud minnhom illum għandhom ukoll familja

Għal Herring kull tifel u tifla kien speċjali. Ma kienitx tiddistingwi minn wieħed għall-ieħor, anki meta kienet tiġiha l-isfida li tieħu ħsieb tfal li kellhom problem fiżiċi jew mentali.

Il-mara rabbiet lil dawn it-tfal b’imħabba kbira u hija qalet li ħassitha onorata li kellha l-opportunità li tagħti mħabbitha lil tfal li ħaddieħor ma riedx.

Dan minbarra x-xogħol li hija kienet tagħmel bħala għalliema u anki f’day care centre.

B’kollox hi żewġha minbarra din l-isfida kontinwa tagħhom, kellhom tmein ulied, tlieta minnhom li huma addottaw meta ġew fdati għandhom għall-fostering. Tnejn minn dawn it-tlieta kellhom problem serji f’saħħithom u llum jinsabu mimlija saħħa grazzi għad-dedikazzjoni u l-imħabba li ngħataw minn Linda.

Riċentement il-mara ġiet ukoll onorata għall-ħidma tagħha tul il-50 sena li damet attiva.

Ritratt: Facebook/JohnstonCounty

Illum il-mara ta’ 75 sena waqfet tagħmel din il-ħidma iżda f’ħajjitha għadhom attivi ferm ħafna mit-tfal li hija ħadet ħsieb matul is-snin.