Rabbi ġeru għal ħaddieħor

Il-Fondazzjoni Maltija Klieb Gwida (MGDF) qed tappella lill-familji biex irabbu ġeru ta’ kelb gwida.
Il-Fondazzjoni qed tfittex ukoll nies li lesti jżommu ġeru għal ftit żmien meta l-familja li qed trabbi l-ġeru jkollha bżonn issiefer.
Bħalissa hawn 12-il kelb gwida li permezz tas-servizz tagħhom dawk neqsin mid-dawl jistgħu jkunu indipendenti fil-ħajja ta’ kuljum.
Dawn il-klieb gwida kollha xi darba kienu ġriewi li kellhom bżonn jitrabbew f’atmosfera ta’ familja biex ilestu ruħhom għat-taħriġ ta’ klieb gwida. Dan it-taħriġ isir fl-Iskola tal-Klieb Gwida Helen Keller fi Sqallija.
L-applikazzjoni tista’ titniżżel minn www.blindmalta.eu.pn