Rabat Ajax isellmu lill-ex-captain tagħhom

It-tim tal-futbol ta’ Rabat Ajax ħabbar il-mewt ta’ Manuel Cortis li kien ex-captain tal-istess tim. Huwa beda l-karriera tiegħu mat-tim Rabti stess fejn aktar tard iddebutta mal-ewwel tim fil-21 ta’ Jannar tal-1972 kontra Lija Athletic.

Huwa kien wieħed mill-aktar pedini importanti fit-tim tiegħu u b’hekk wasal biex ħa wkoll il-faxxa ta’ captain. Flimkien ma’ sħabu rebħu l-unuri kollha fil-futbol Malti. L-aħħar logħba ta’ Cortis kienet nhar l-14 ta’ Marzu 1987 kontra ż-Żurrieq. Tul il-karriera tiegħu ma’ Rabat Ajax, Cortis lagħab 169 logħba u skurja 7 gowls.