Ra 134 kelb ieħor jiġu addottati; jibqa’ fix-xelter

Wara li ċ-ċirkustanzi fil-familja tal-kelb Sam wasslu sabiex jispiċċa fil-kura tal-RSPCA xelter f’South Godstone fir-Renju Unit. Minkejja li l-kelb huwa kbir fl-età, bosta ħasbu li se jiġi addottat mill-ewwel minħabba l-karattru simpatiku tiegħu, madanakollu wara sena fix-xelter il-kelb ta’ 134 kelb ieħor jiġi addottat filwaqt li hu baqa’ hemm.

Emily Jefferson, li tieħu ħsieb il-klieb fi ħdan ix-xelter qalet li ma tistax tifhem kif Sam għadu hemm. Qalet li huwa kelb simpatiku ħafna u li jħobb il-fsied. Qalet li minkejja li jidher kuntent fil-ħajja tiegħu fix-xelter għandu bżonn ftit żmien ‘il bogħod minn din il-ħajja, fejn jista’ jirrilassa, jkun fil-paċi u fil-kwiet.

Il-kelb għandu 13-il sena u jieħu pjaċir jilgħab u jiġri barra. Hu jħobb ukoll jitfissed mal-persuni l-aktar favoriti tiegħu.