Qżieqeż żgħar għall-addozzjoni… titħajjar?

Il-ħnieżer li nstabu l-Mellieħa f’kundizzjonijiet ħżiena u kienu se jmorru għall-qatla għax kienu bla ċippa, issa kellhom iż-żgħar li wkoll qed ifittxu dar.

Dan tħabbar mill-paġna Animal Liberation Malta li qed tfittex dar għalihom u għal tliet ħnieżer oħrajn. Dawk kollha li jixtiequ jaddottawhom hemm bżonn li jkollhom biżżejjed spazju li fih jistgħu jżommuhom, anke ladarba jikbru. Ġie spjegat ukoll li hemm bżonn li jiġu ċċipjati u msewwija, kif ukoll irreġistrati.

Animal Liberation Malta qalet li kulħadd jista’ jaddotta wieħed dment li dawn ma jinqatlux għal-laħam.

*IMPORTANT*As you all know together with other volunteers we had saved a number of pigs by findings homes for them….

Posted by Time For Change on Thursday, October 18, 2018