Quinn Cooper u Hannah Johnson: il-BOV Plejers tax-Xahar

Quinn Cooper u Hannah Johnson ta’ Depiro huma l-BOV Plejers tax-Xahar għal Diċembru 2019. Quinn Cooper rebaħ l-unur għall-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni.

Il-plejer ta’ 6’6” minn Los Angeles għamel l-akbar numru ta’ punti matul ix-xahar ta’ Diċembru b’121 punt f’4 logħbiet. Quinn kellu medja ta’ 81% mil-linja ta’ free-throw, 64% basket u 7 treys minn 20.

Hannah Johnson rebħet l-unur għall-kampjonat tan-Nisa. Hija twila 6’1” u ġiet Malta minn Washington Alumni. Hija għamlet xejn inqas minn 153 punt b’72% free-throws u 55 basket minn 84 tentattiv. Peter Perotti, Uffiċjal Kap fil-Bank of Valletta ippreżenta plakka kommemorattiva lir-rebbieħa.