Quiche bl-asparagus, bejken u faqqiegħ

Ingredjenti

180g bejken, imqatta’ biċċiet kwadri

260g asparagus, imqatta’ f’biċċiet ta’ 2ċm

130g faqqiegħ, isslajsjat

130g ġobon Cheddar maħkuk

tazza u nofs krema doppja tal-ħalib

4 bajdiet kbar

ponta kuċċarina melħ

bżar iswed mitħun għat-togħma

Metodu

Saħħan il-forn għal 200˚Ċ (400˚F)

Idlek platt ta’ 25ċm

Saħħan taġen kbir fuq nar medju. Sajjar il-bejken sakemm isir iqarmeċ. Neħħi l-bejken mit-taġen u sajjar mill-ewwel fih l-asparagus u l-faqqiegħ sakemm jirtab l-asparagus, madwar 5 minuti.

Neħħi t-taġen minn fuq in-nar u itfa’ l-bejken mat-taħlita tal-asparagus.  Ferrex it-taħlita fuq il-platt u itfa’ l-ġobon fuq kollox.

Ħabbat flimkien il-krema doppja tal-ħalib, il-bajd, il-bżar u l-melħ u ferragħ t-taħlita fuq il-wiċċ tat-taħlita tal-asparagus u l-ġobon.

Aħmi fil-forn imsaħħan sakemm il-quiche tagħqad u meta ddaħħal sikkina fin-nofs tagħha toħroġ nadifa madwar 30 minuta.