Quiche bil-perżut u l-ġobon

Ingredjenti

5 bajdiet kbar

130g krema tal-ħalib

ponta melħ

nofs kuċċarina bżar iswed

100g perżut imqatta’ kwadri żgħar

130g ġobon Cheddar maħkuk

1 basla ħadra slajsjata

Metodu

Saħħan il-forn għal 180˚Ċ/350˚F

Ħawwad tajjeb il-bajd, il-krema, il-bżar u l-melħ.

Ferrex il-biċċa l-kbira tal-perżut, tal-ġobon u tal-basla ħadra fil-kontenitur fejn se ssajjar il-quiche. Ferragħ t-taħlita tal-bajd fuqhom u fil-wiċċ ferrex il-kumplament tal-perżut, tal-ġobon u tal-basla ħadra.

Aħmi għal 35 minuta sakemm il-wiċċ jieħu kulur dehbi u meta tmiss il-kontenitur in-nofs tal-quiche bilkemm jiċċaqlaq.

Oħroġ mill-forn u ħalliha tibred għal 5 minuti. Se tonqoslok mill-għoli.

Servi ma’ insalata sempliċi.