Quddiesa xahar wara l-mewt tal-Kardinal Prospero Grech

Read in English.

Il-Komunità Agostinjana f’Għawdex fi ħdan il-Provinċja Agostinjana se jorganizzaw quddiesa biex jikkommemoraw l-ewwel xahar mill-mewt tal-Kardinal Prospero Grech, li miet fit-30 ta’ Diċembru tal-2019.

Din il-quddiesa qed jorganizzawha mal-Fondazzjoni JP2.

Il-quddiesa se ssir fil-Knisja ta’ Santu Wistin fir-Rabat, Għawdex, il-Ħamis 30 ta’ Jannar fis-6pm.