Quddiesa tal-Papa kuljum fuq Rai Uno

B’effett minn għada l-Erbgħa 25 ta’ Marzu se jkun hemm bdil fl-iskeda tal-istazzjon Rai Uno hekk kif kuljum fis-7 ta’ filgħodu se tixxandar quddiesa li se tkun iċċelebrata mill-Papa Franġisku.

Din il-quddiesa se tixxandar b’mod dirett mill-kappella ta’ Dar Santa Marta fil-Vatikan u se jkollha tul ta’ madwar 35 minuta u se tixxandar mingħajr ebda interuzzjoni jew kummentarju.