Quddiesa tal-Ħadd bl-Ingliż

Read in English.

L-Arċidjoċesi ta’ Malta għamlet l-arranġamenti biex minn għada tibda tixxandar il-Quddiesa tal-Ħadd bl-Ingliż fuq is-sit knisja.mt kif ukoll fuq l-istazzjon TVM2. Fuq is-sit tal-Knisja l-Quddiesa tkun fl-10.30am filwaqt li fuq TVM2 tixxandar fis-6.30pm.

L-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l-Quddiesa mill-knisja tal-Patrijiet Franġiskani, li hi dedikata lil San Franġisk, fil-Ħamrun. Il-knisja hi ċentru ta’ devozzjoni lill-Madonna tas-Sokkors.

Fil-preżent, qed tixxandar Quddiesa kuljum (mit-Tnejn sal-Ħadd) fid-9:30am fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Dawk li ma jkunux jistgħu jaraw il-Quddiesa filgħodu jistgħu jaraw l-istess trasmissjoni fil-5:30pm fuq TVM2 mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Is-Sibt filgħaxija tiġi ċelebrata Quddiesa bil-Malti li tixxandar fis-6:30pm mis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex