Quddiesa ta’ ringrazzjament fi tmiem is-sajf

Se tkun qed issir għal darboħra l-Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem l-istaġun tas-sajf.

Il-Quddiesa se tkun qed issir nhar it-Tnejn 16 ta’ Settembru fis-7pm. Se ssir fuq is-simenta, fi Triq San Franġisk f’San Pawl il-Baħar, qrib it-Torri Wignacourt. Din se tkun animata bis-sehem tal-grupp tal-kitarri tal-parroċċa.

Intant, il-quddisa se ssir b’suffraġju għal ruħ Joseph Grixti li fl-1995 kien strumentali fl-organizzazzjoni tal-quddiesa, bil-għajnuna tal-MUSEUM tas-subien f’San Pawl il-Baħar.

Kulħadd huwa mħeġġeġ li jattendi.