Quddiesa minn Mons. Mario Grech għall-ġurnalisti u kittieba Għawdxin

Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Jannar taħbat il-festa ta’ San Franġisk de Sales, Isqof u Duttur tal-Knisja u patrun tal-ġurnalisti u kittieba. 

F’din l-okkażjoni, Mons. Mario Grech, kif għamel fl-imgħoddi, se jqaddes għall-ġurnalisti, kittieba u xandara Għawdxin fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb fl-inħawi taċ-Ċawla Victoria fis-6.00 pm. Billi fit-22 tal-istess xahar, jum it-tifkira tal-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu, Mons. Grech ikun għadu msiefer, huwa se jkun qed jgħaqqad flimkien dawn iż-żewġ okkażjonijiet. 

Wara l-quddiesa se jkun hemm għall-bejgħ l-aħħar ktieb (hardbound) li ħareġ Mons. Grech dwar dak kollu li qal fuq il-Madonna matul is-sena Marjana li ħallietna, fl-okkażjoni tal-400 sena mill-miġja fostna tal-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu, xogħol Amadeo Perugino fl-1619.    

Kulħadd huwa mistieden.